We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Il​-​Ħ​las

by Djun

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €10 EUR  or more

     

1.
Għandi post viċin tax-xatt Iżda ma mmur kważi qatt Il-grada ttieklet bil-melħ u biż-żmien Min jaf kemm ħabbtet ix-xemx Fuq dal-bibien Ftaħt bil-mod il-bieb tal-post Irfist f’munzell ta’ envelopes Xi riklam jew kont tad-dawl dak biss illi għadu Jasal hawn Kultant kultant Ngħid nordom kull m’hawn Taħt sitt sulari konkrit Ilha vojta din id-dar Mindu kontu sirtu kbar Għalikom kien hawn wisq turġien Anke r-riġlejn jitmermru Bil-melħ u biż-żmien Kultant kultant Ngħid nordom kull m’hawn Taħt sitt sulari konkrit Għandi post viċin tax xatt Immur hemm kull nhar ta Ħadd Nibqa mmur sa ma bil-melħ u biż-żmien Fl-aħħar nitmermer Nitmermer jien Jien.
2.
Nitfi s-sigarett U nidħol lura fis-swali Riħa ta’ mediċina U materja fekali Isma waħda dott Għandna bżonnok urġenti Kien hawn xi inċident U deħlin il-pazjenti Kristu jħares mill-inkwatru Lejn dawk li qed iqarrbu t-tmiem Iżda hawnhekk il-mirakli Mhux hu jagħmilhom, dawk jien Is-sinjali mhux tajbin Naħseb dan se nitilfuh Kif inħoss il-polz imajna Nintebaħ li qabadni l-ġuħ L-anastetista ħelwa Għandha xagħra lewn id-deheb Xi darba rrid ngħidilha Tiġi miegħi għal kafe Kristu jħares mill inkwatru Lejn dawk li qed iqarrbu t-tmiem Iżda hawnhekk il-mirakli Mhux hu jagħmilhom, dawk jien Naf li għad xi darba F’dik is-sodda jkun hemm jien Jaf ma baqax ħafna Iżda nittama baqa ż-żmien U hekk kif tibqa toqrob Toqrob is-siegħa u il-ħin B’tama ‘l fuq inħares Lejn wiċċ Kristu ħanin
3.
Il-Bir 05:11
Darba tfajt ġebla fil-bir Biex nara kemm hu fond Nara kemm hu fond Il-qiegħ​ Qatt ma smajt it-tokk tal-qiegħ Minnflok telgħu il-wirdien Telgħu il-wirdien Mill-bir Darba dħalt id-dar bil-lejl Smajt it-tokki tal-arloġġ It-tokki tal-arloġġ Fis-skiet ​Meta mort biex nixgħel sibt Illi ma kienx hemm kurrent Ma kienx hemm kurrent Tad-dawl ​Wens, fittixt, fejnek ​Darba tfajt gebla fil-bir Biex nara kemm hu fond Nara kemm hu fond Il-qiegħ ​Minflok smajt leħen mill-bir Isejjaħli ninżel ħdejh Isejjahli ninżel ħdejh Fid-dlam ​Wens, fittixt, fejnek Missier
4.
L-Irdum 04:21
Qabbadtni l-bard illum, Ilmaħtek miexja fuq l-irdum, It-tarġa nieqsa mis-sellum, Il-mewġ inessi s-sens komun. Ieqaf sekonda, Poġġi bil-qiegħda fl-art, Kif ma nitgħallmu qatt? Qabbadtni l-bard illum, Is-serp jittanta l-iljun, Il-glorja, t-telfa, u l-unur, Id-demm jistaħba ma’ l-irdum. Ieqaf minuta, Imtedd maġembi fl-art, Kif ma nitgħallmu qatt?
5.
Il-Quddies 04:27
Mort il-quddies Poġġejt fuq bank Ma kienx hemm nies M’għadu jmur ħadd Il-quddies, il-quddies Is-sagristan Izappap fid-dlam Ilu hawn snin Iżda ismu ma nafx ​‘ma f’għajnejh rajt id-dawl Jew forsi rajt il-vojt Ma nafx, ma nafx U forsi aħjar hekk ​Minn taħt l-għajnejn Ilmaħt gurdien Ħarist ‘il fuq Lejn koppla bla tmiem ​Kellimni l-qassis Qalli x’ġabek hawn Ma nafekx it-tip Li tegħda fit-talb Jien ġejt biex nara d-dawl Jew forsi nisma s-skiet ​Ma nafx, Ma nafx U forsi aħjar hekk ​Il-quddies Il-quddies Il-quddies Il-quddies
6.
Mill-Ġdid 04:43
Il-kliem waqgħuli minn ħalqi Bħal ġebel U faqgħu Il-madum Jgħidu li ż-żmien idewwilek Il-ġrieħi Imma, kultant Jaf idum X’għamilt b’idejja X’għamilt X’għamilt b’idejja X’għamilt Jekk trid, immorru il-bogħod Nibdew mill-ġdid, mill-ġdid Meta nassab jaqbad f’trabokk L-għasfur Kultant jiksirlu Ġwenħajh Il-baħri li jsalpa mbissem Fuq vapur Kultant jinsa X’ħalla warajh X’għamilt b’idejja X’għamilt X’għamilt b’idejja X’għamilt Jekk trid, immorru il-bogħod Nibdew mill-ġdid, mill-ġdid Jekk trid, immorru il-bogħod Nibdew mill-ġdid, mill-ġdid
7.
Fil-kexxun għad għandi d-domna F’idejja għandi ponn irmied Minn taħt l-ilsien ngħid din it-talba Għal min twieled għal min miet Missieri qalli kulħadd jemmen Imma lura ħadd ma ġie Ommi qaltli jiġri x’jiġri Qalbi tħabbat tibqa għalik Ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet Għal min twieled għal min miet Ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet Għal min twieled għal min miet Fuq l-ixkaffa għad hemm l-istatwa Tas-Sinjura u il-Wild Minkejja dak kollu li għadda Xorta waħda qatt ma bkiet Mill-kexxun noħrog id-domna Inħoss il-piż tat-tifkiriet Mit-tieqa qiegħda tidħol żiffa Tisraqli minn idi l-irmied Ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet Għal min twieled għal min miet Ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet Għal min twieled għal min miet
8.
Ukoll 03:40
Bħal namrat li qalbu tirtgħod Jiena nistennik, Jiena nistennik​ Minkejja li tmurli ‘l bogħod ‘l bogħod Jiena naħseb fik, jiena naħseb fik​ U jgħaddu kemm jgħaddu is-snin Għandi żmien kemm trid, għandi żmien kemm trid​ Xi darba għad tkun tieghi ukoll Xi darba għad tkun tiegħi Bħal brimba li tħejji l-għanqbut Jiena lest għalik, jien lest għalik Bħall-lejl illi jlebbet wara l-jum Jien niġri warajk, Jien niġri warajk Bħar-ragħaj li ħarablu l-ħaruf Infittxek kull fejn tmur, fl-aħħar insibek żgur Xi darba għad tkun tieghi ukoll Xi darba għad tkun tiegħi…
9.
Waslitlek ittra illum Tfakkrek biex il-kont, tħallas tmur Aħfirli, aħfirli, insejt Nibdel l-isem tal-konsumatur Stennejtek fil-bajja, mal-moll Il-mewġ jitħabat ma skoll Xofftejk qajmuni bil-lejl Mit-tieqa d-dlam bla kejl Rajtek itteptep mal-bieb Smajt leħnek fost il-ħbieb Qbadtek tistaħba fil-ħġieġ Liebsa l-libsa tat-tieġ ​Mindu tlaqt int Jien m’għadnix jien
10.
Il-Ħlas 03:18
Hekk tispiċċa it-triq Ma ħaddejja l-għollieq Qed jeħodni n-ngħas Ejja iġbor il-ħlas

credits

released June 29, 2019

license

all rights reserved

tags

about

Djun Malta

Djun is a Maltese pop group that marries ear friendly hooks with poetic lyrics and an adventurous musicality. The group is made up of Justin Galea (vocals), Joseph Camilleri (drums), Ryen Refalo (guitar), Paul Torpiano (keyboards) and Charles Cassar (bass). The band was formed in 2017 and immediately became a favourite of the Maltese alternative rock scene. ... more

contact / help

Contact Djun

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Djun, you may also like: