1. |
Il-Post Viċin tax-Xatt
04:22
|
|||
Għandi post viċin tax-xatt
Iżda ma mmur kważi qatt
Il-grada ttieklet bil-melħ u biż-żmien
Min jaf kemm ħabbtet ix-xemx
Fuq dal-bibien
Ftaħt bil-mod il-bieb tal-post
Irfist f’munzell ta’ envelopes
Xi riklam jew kont tad-dawl
dak biss illi għadu
Jasal hawn
Kultant kultant
Ngħid nordom kull m’hawn
Taħt sitt sulari konkrit
Ilha vojta din id-dar
Mindu kontu sirtu kbar
Għalikom kien hawn wisq turġien
Anke r-riġlejn jitmermru
Bil-melħ u biż-żmien
Kultant kultant
Ngħid nordom kull m’hawn
Taħt sitt sulari konkrit
Għandi post viċin tax xatt
Immur hemm kull nhar ta Ħadd
Nibqa mmur sa ma bil-melħ u biż-żmien
Fl-aħħar nitmermer
Nitmermer jien
Jien.
|
||||
2. |
It-Tabib ta' Billejl
03:35
|
|||
Nitfi s-sigarett
U nidħol lura fis-swali
Riħa ta’ mediċina
U materja fekali
Isma waħda dott
Għandna bżonnok urġenti
Kien hawn xi inċident
U deħlin il-pazjenti
Kristu jħares mill-inkwatru
Lejn dawk li qed iqarrbu t-tmiem
Iżda hawnhekk il-mirakli
Mhux hu jagħmilhom, dawk jien
Is-sinjali mhux tajbin
Naħseb dan se nitilfuh
Kif inħoss il-polz imajna
Nintebaħ li qabadni l-ġuħ
L-anastetista ħelwa
Għandha xagħra lewn id-deheb
Xi darba rrid ngħidilha
Tiġi miegħi għal kafe
Kristu jħares mill inkwatru
Lejn dawk li qed iqarrbu t-tmiem
Iżda hawnhekk il-mirakli
Mhux hu jagħmilhom, dawk jien
Naf li għad xi darba
F’dik is-sodda jkun hemm jien
Jaf ma baqax ħafna
Iżda nittama baqa ż-żmien
U hekk kif tibqa toqrob
Toqrob is-siegħa u il-ħin
B’tama ‘l fuq inħares
Lejn wiċċ Kristu ħanin
|
||||
3. |
Il-Bir
05:11
|
|||
Darba tfajt ġebla fil-bir
Biex nara kemm hu fond
Nara kemm hu fond
Il-qiegħ
Qatt ma smajt it-tokk tal-qiegħ
Minnflok telgħu il-wirdien
Telgħu il-wirdien
Mill-bir
Darba dħalt id-dar bil-lejl
Smajt it-tokki tal-arloġġ
It-tokki tal-arloġġ
Fis-skiet
Meta mort biex nixgħel sibt
Illi ma kienx hemm kurrent
Ma kienx hemm kurrent
Tad-dawl
Wens, fittixt, fejnek
Darba tfajt gebla fil-bir
Biex nara kemm hu fond
Nara kemm hu fond
Il-qiegħ
Minflok smajt leħen mill-bir
Isejjaħli ninżel ħdejh
Isejjahli ninżel ħdejh
Fid-dlam
Wens, fittixt, fejnek
Missier
|
||||
4. |
L-Irdum
04:21
|
|||
Qabbadtni l-bard illum,
Ilmaħtek miexja fuq l-irdum,
It-tarġa nieqsa mis-sellum,
Il-mewġ inessi s-sens komun.
Ieqaf sekonda,
Poġġi bil-qiegħda fl-art,
Kif ma nitgħallmu qatt?
Qabbadtni l-bard illum,
Is-serp jittanta l-iljun,
Il-glorja, t-telfa, u l-unur,
Id-demm jistaħba ma’ l-irdum.
Ieqaf minuta,
Imtedd maġembi fl-art,
Kif ma nitgħallmu qatt?
|
||||
5. |
Il-Quddies
04:27
|
|||
Mort il-quddies
Poġġejt fuq bank
Ma kienx hemm nies
M’għadu jmur ħadd
Il-quddies, il-quddies
Is-sagristan
Izappap fid-dlam
Ilu hawn snin
Iżda ismu ma nafx
‘ma f’għajnejh rajt id-dawl
Jew forsi rajt il-vojt
Ma nafx, ma nafx
U forsi aħjar hekk
Minn taħt l-għajnejn
Ilmaħt gurdien
Ħarist ‘il fuq
Lejn koppla bla tmiem
Kellimni l-qassis
Qalli x’ġabek hawn
Ma nafekx it-tip
Li tegħda fit-talb
Jien ġejt biex nara d-dawl
Jew forsi nisma s-skiet
Ma nafx, Ma nafx
U forsi aħjar hekk
Il-quddies
Il-quddies
Il-quddies
Il-quddies
|
||||
6. |
Mill-Ġdid
04:43
|
|||
Il-kliem waqgħuli minn ħalqi
Bħal ġebel
U faqgħu
Il-madum
Jgħidu li ż-żmien idewwilek
Il-ġrieħi
Imma, kultant
Jaf idum
X’għamilt b’idejja
X’għamilt
X’għamilt b’idejja
X’għamilt
Jekk trid, immorru il-bogħod
Nibdew mill-ġdid, mill-ġdid
Meta nassab jaqbad f’trabokk
L-għasfur
Kultant jiksirlu
Ġwenħajh
Il-baħri li jsalpa mbissem
Fuq vapur
Kultant jinsa
X’ħalla warajh
X’għamilt b’idejja
X’għamilt
X’għamilt b’idejja
X’għamilt
Jekk trid, immorru il-bogħod
Nibdew mill-ġdid, mill-ġdid
Jekk trid, immorru il-bogħod
Nibdew mill-ġdid, mill-ġdid
|
||||
7. |
||||
Fil-kexxun għad għandi d-domna
F’idejja għandi ponn irmied
Minn taħt l-ilsien ngħid din it-talba
Għal min twieled għal min miet
Missieri qalli kulħadd jemmen
Imma lura ħadd ma ġie
Ommi qaltli jiġri x’jiġri
Qalbi tħabbat tibqa għalik
Ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet
Għal min twieled għal min miet
Ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet
Għal min twieled għal min miet
Fuq l-ixkaffa għad hemm l-istatwa
Tas-Sinjura u il-Wild
Minkejja dak kollu li għadda
Xorta waħda qatt ma bkiet
Mill-kexxun noħrog id-domna
Inħoss il-piż tat-tifkiriet
Mit-tieqa qiegħda tidħol żiffa
Tisraqli minn idi l-irmied
Ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet
Għal min twieled għal min miet
Ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet
Għal min twieled għal min miet
|
||||
8. |
Ukoll
03:40
|
|||
Bħal namrat li qalbu tirtgħod
Jiena nistennik, Jiena nistennik
Minkejja li tmurli ‘l bogħod ‘l bogħod
Jiena naħseb fik, jiena naħseb fik
U jgħaddu kemm jgħaddu is-snin
Għandi żmien kemm trid, għandi żmien kemm trid
Xi darba għad tkun tieghi ukoll
Xi darba għad tkun tiegħi
Bħal brimba li tħejji l-għanqbut
Jiena lest għalik, jien lest għalik
Bħall-lejl illi jlebbet wara l-jum
Jien niġri warajk, Jien niġri warajk
Bħar-ragħaj li ħarablu l-ħaruf
Infittxek kull fejn tmur, fl-aħħar insibek żgur
Xi darba għad tkun tieghi ukoll
Xi darba għad tkun tiegħi…
|
||||
9. |
Waslitlek Ittra
04:37
|
|||
Waslitlek ittra illum
Tfakkrek biex il-kont, tħallas tmur
Aħfirli, aħfirli, insejt
Nibdel l-isem tal-konsumatur
Stennejtek fil-bajja, mal-moll
Il-mewġ jitħabat ma skoll
Xofftejk qajmuni bil-lejl
Mit-tieqa d-dlam bla kejl
Rajtek itteptep mal-bieb
Smajt leħnek fost il-ħbieb
Qbadtek tistaħba fil-ħġieġ
Liebsa l-libsa tat-tieġ
Mindu tlaqt int
Jien m’għadnix jien
|
||||
10. |
Il-Ħlas
03:18
|
|||
Hekk tispiċċa it-triq
Ma ħaddejja l-għollieq
Qed jeħodni n-ngħas
Ejja iġbor il-ħlas
|
Djun Malta
Djun is a Maltese pop group that marries ear friendly hooks with poetic lyrics and an adventurous musicality. The group is made up of Justin Galea (vocals), Joseph Camilleri (drums), Ryen Refalo (guitar), Paul Torpiano (keyboards) and Charles Cassar (bass). The band was formed in 2017 and immediately became a favourite of the Maltese alternative rock scene. ... more
Streaming and Download help
If you like Djun, you may also like:
Bandcamp Daily your guide to the world of Bandcamp