We've updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Kometi

by Djun

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €4 EUR  or more

     

1.
Kometi 04:10
Darba f'mitt sena Tixgħel is-sema Jintfew l-ibliet Fenomenu stramb li dwaru Ma jafux x'se jgħidu l-għorrief Vojta t-toroq, muta il-folol Saltna tas-skiet Fuq l-għatba tad-dinja npoġġu bilqiegħda Jiena u int Jekk tagħlaq għajnejk Tintebaħ li Aħna Kometi Nixegħlu l-lejl Sejrin xi mkien Ma nafux fejn Dak illi jiġri Dak illi ġara U dak illi ġej Nifs wieħed minn fommok U jisfa' kollu kollu fix-xejn Il-kwiekeb jitħabblu f'xagħrek Il-qamar idur ma' riġlejk Fuq l-għatba tad-dinja Noħlom il-ħolma li qiegħed ħdejk Jekk tagħlaq għajnejk Tintebaħ li Aħna Kometi Nixegħlu l-lejl Sejrin xi mkien Ma nafux fejn
2.
Dnubiet 05:18
Stennejtek, għal ftit, Mingħajr ma kont naf, li ħrabtli, Jintilef l-iskop, bla ebda aptit, Il-belt li tgħaqqadna, jaf tifred sikwit Il-ħolma qatt ma ttik Is-sabar li tixtieq We shared the city, for a while, Then you went your way, and I went mine, Broken promises, and endless trains, It never pours but it always rains This is how it feels To fall into a dream The city is the enemy, the night-time is my friend, The daylight is the death of me, the morning brings the end Fiċ-ċpar ta' dawn it-toroq, nintilef qisni ruħ Madwari jduru l-folol u ma ngħarafx l-uċuħ Il-ħolma qatt ma ttik Is-sabar li tixtieq This is how it feels To fall into a dream
3.
Ħdejk 03:46
Int il-ġenna l-purgatorju, l-infern Inti l-hena l-ħrara t-tama w anke ftit ġenn Meta ir-riħ jinġazza l-għadam fi frar Int tkun is-sħana li tilqani d-dar Int ix-xemx ix-xita ir-riħ u ir-ragħad Jekk il-baħar se jiġġieled b’saħħa max-xatt Nixtieq li ngħidlek bla ma naqa għan-nejk Id-dinja tixgħel meta nkun qiegħed ħdejk Nixtieq naf kif ngħidlek xi nħoss meta nkun qiegħed ħdejk Nixtieq naf kif ngħidlek xi nħoss meta nkun qiegħed ħdejk Inti l-ħemda illi taqa mal-lejl Int il-linji mnaqqxa fuq dawn l-idejn Int Fomm ir-Riħ fix-xitwa ma nżul ix-xemx Int l-imħabba li mal-mewt ma tintemmx Int id-dmugħ li jinżel ma’ dal-ħaddejn Inti l-leħen illi jgħidli għalfejn, u naf li Nixtieq li ngħidlek bla ma naqa għan-nejk Id-dinja tixgħel meta nkun qiegħda ħdejk Nixtieq naf kif ngħidlek xi nħoss meta nkun qiegħda ħdejk Nixtieq naf kif ngħidlek xi nħoss meta nkun qiegħda ħdejk
4.
Ma nafx x'qegħdin nagħmlu hawnhekk Int bid-dublett jiena bil-ġlekk Il-ġranet kollha li għaddew It-tfal li konna issa ntfew Fid-dinja xejn mhu perfett Daħlilna l-ilma mis-suffett Inħares lejk biex ma ninsiex Dak li aħna u li ma jeħdulniex Għand ommok tlajna fuq il-bejt Xofftejja missew ma' xofftejk 'Il bogħod mill-iħirsa jien ġrejt U fi mħabbtek inħbejt Kultant ma tantx ileqq id-deheb Kultant tkun tridu ftit maltemp Kulħadd jitbissem għar-ritratt Irrid nitriegħed f'dan ir-ragħad Wara x-xogħol dejjem nidħol tard Inti tkun ilek li rqadt Nidħol fis-sodda nkiss inkiss Imqar dil-ħolma ma nkissirx Għand ommok tlajna fuq il-bejt Xofftejja missew ma' xofftejk 'Il bogħod mill-iħirsa jien ġrejt U fi mħabbtek inħbejt Inħossni mitluf Inġebbed it-truf Ta' snin misruqin Minn jiem ħallelin Għallimni min jien Nintilfu flimkien Missejtlek ħaddejk Fi mħabbtek inħbejt

credits

released December 3, 2021

license

all rights reserved

tags

about

Djun Malta

Djun is a Maltese pop group that marries ear friendly hooks with poetic lyrics and an adventurous musicality. The group is made up of Justin Galea (vocals), Joseph Camilleri (drums), Ryen Refalo (guitar), Paul Torpiano (keyboards) and Charles Cassar (bass). The band was formed in 2017 and immediately became a favourite of the Maltese alternative rock scene. ... more

contact / help

Contact Djun

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Djun, you may also like: