We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

It​-​Tabib ta' Billejl

from Il​-​Ħ​las by Djun

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €1 EUR

     

lyrics

Nitfi s-sigarett
U nidħol lura fis-swali
Riħa ta’ mediċina
U materja fekali

Isma waħda dott
Għandna bżonnok urġenti
Kien hawn xi inċident
U deħlin il-pazjenti

Kristu jħares mill-inkwatru
Lejn dawk li qed iqarrbu t-tmiem
Iżda hawnhekk il-mirakli
Mhux hu jagħmilhom, dawk jien

Is-sinjali mhux tajbin
Naħseb dan se nitilfuh
Kif inħoss il-polz imajna
Nintebaħ li qabadni l-ġuħ

L-anastetista ħelwa
Għandha xagħra lewn id-deheb
Xi darba rrid ngħidilha
Tiġi miegħi għal kafe

Kristu jħares mill inkwatru
Lejn dawk li qed iqarrbu t-tmiem
Iżda hawnhekk il-mirakli
Mhux hu jagħmilhom, dawk jien

Naf li għad xi darba
F’dik is-sodda jkun hemm jien
Jaf ma baqax ħafna
Iżda nittama baqa ż-żmien

U hekk kif tibqa toqrob
Toqrob is-siegħa u il-ħin
B’tama ‘l fuq inħares
Lejn wiċċ Kristu ħanin

credits

from Il​-​Ħ​las, released June 29, 2019

license

all rights reserved

tags

about

Djun Malta

Djun is a Maltese pop group that marries ear friendly hooks with poetic lyrics and an adventurous musicality. The group is made up of Justin Galea (vocals), Joseph Camilleri (drums), Ryen Refalo (guitar), Paul Torpiano (keyboards) and Charles Cassar (bass). The band was formed in 2017 and immediately became a favourite of the Maltese alternative rock scene. ... more

contact / help

Contact Djun

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Djun, you may also like: